Din il-kategorija ta’ sħubija għal sħabna żgħażagħ toffri lill-membri l-opportunità jitħalltu ma’ pari li huma interessati fl-arti u hija ddedikata biex isservi l-ħtiġijiet soċjali ta’ grupp f’faxxa ta’ età speċifika b’mentalità komuni. Din is-sħubija toffri wkoll l-opportunità li titrawwem il-ġenerazzjoni li tielgħa ta’ donaturi tal-arti.
Din is-sħubija hija mfassla għal individwi li qed ifittxu relazzjoni aktar profonda u ingaġġanti mal-MICAS u l-programm tiegħu. Toffri kemm aċċess kemm parteċipazzjoni, kif ukoll preżenza konsistenti fi ħdan il-ħajja kulturali tal-istituzzjoni, minn wirjiet għal pubblikazzjonijiet sa taħditiet u avvenimenti esklużivi.
Skont ta’ 50% għall-Anzjani
Din is-sħubija fuq livell individwali hija mmirata għal individwi speċifiċi u għandha benefiċċji marbuta magħha. Il-membri individwali jgħinu lill-MICAS iħalli impatt u jispira lin-nies. Is-sħubija toffri triq għall-għarfien permezz ta’ riżorsi online, pubblikazzjonijiet, avvenimenti u aċċess b’xejn għall-wirjiet tagħna.
Din is-sħubija korporattiva hija għall-kumpanija sħiħa u għandha benefiċċji marbuta magħha. Meta tidħol fl-ewwel livell tal-programm tas-sħubija korporattiva, il-kumpanija tibni rabta esklużiva mal-MICAS billi ssostni l-wirjiet, ir-riċerka, il-programmi edukattivi, u tippromwovi l-aċċessibbiltà għall-wirt kulturali waqt li tgawdi minn vantaġġi esklużivi. Sħubija korporattiva toffri aċċess privileġġjat għall-kumpanija, il-klijenti u l-partijiet ikkonċernati tagħha, u opportunità ta’ appoġġ effettiv għall-iżvilupp tal-proġetti tal-MICAS.
Il-membri korporattivi għandhom irwol kruċjali fis-sostenn tal-MICAS. It-tieni livell tas-Sħubija Korporattiva mhux biss joffri firxa wiesgħa ta’ benefiċċji esklużivi, imma l-kontribuzzjoni tiegħek issostni l-wirjiet tal-MICAS, il-programmi edukattivi, u l-avvanz tal-aktar artisti innovattivi ħajjin ta’ żmienna.