Phyllis Muscat tindirizza lill-mistiedna fi New York. Ritratt: Alex Lee

MICAS fi New York bi preżentazzjoni ta’ Reggie Burrows Hodges: Mela lill-ġurnalisti tal-arti

L-Ispazju Internazzjonali tal-Arti Kontemporanja ta’ Malta tospita serata importanti ma’ protagonisti varji mid-dinja tal-arti fi New York, fit-tnedija internazzjonali tal-esebizzjoni Reggie Burrows Hodges: Mela

L-avveniment, imtella’ miċ-ċerpersin eżekuttiv tal-MICAS Phyllis Muscat flimkien mad-Direttur Artistiku tal-MICAS Edith Devaney, ġie ospitat fil-Missjoni Permanenti ta’ Malta għan-Nazzjonijiet Unit fi New York, flimkien mal-Konslu Ġenerali ta’ Malta fi New York, Denise Demicoli, kif ukoll l-uffiċċju ta’ Visit Malta għall-Amerika ta’ Fuq.
B’numru impressjonanti ta’ ġurnalisti mid-dinja tal-arti preżenti għal din it-tnedija, fost il-mistiednin kien hemm ukolla rappreżentanti minn Karma Gallery ta’ New York, u diversi professjonisti tal-arti, kolletturi, galleristi u akkademiċi.
L-avveniment kien okkażjoni sabiex jiġi enfasizzat l-appoġġ tal-Gvern Malti għall-arti kontemporanja permezz tal-ħolqien tal-MICAS, proġett ta’ 30 miljun li kien parzjalment iffinanzjat mill-UE, u li ilu amministrat minn Phyllis Muscat sa mill-ħatra tagħha fit-tmexxija tal-aġenzija MICAS.
“Bħala instituzzjoni għadna żgħar, u fadlilna x’nikbru. Iżda d-direzzjoni li qbadna hija waħda stabbilita u rriversibbli,” Muscat qalet fid-diskors tagħħa, fejn ddeskriviet lill-MICAS bħala marka ta’ internazzjonalità għal Malta.
“Illum ninsab kuntenta ngħid li MICAS qiegħed jarrikkixxi l-wirt nazzjonali ta’ Malta bħala pjattaforma għal tip ta’ skambju kulturali li dejjem konna għattxana għalih f’din il-gżira, iżda rarament kien hemm palk fejn dan isir. Illejla fi New York – belt li żgur taf xi jfisser li tiġġedded bil-qawwa tal-arti – qed nestendu l-istedina tagħna lilkom, biex tiġu u taraw x’qed jiġri f’Malta, fil-MICAS.”
Id-Direttur Artistiku tal-MICAS Edith Devaney ipprovdiet spjega dwar il-varjetà ta’ xogħlijiet li Hodges ħoloq f’Malta, l-akbar korp ta’ xogħol tiegħu s’issa għal din l-ewwel wirja personali Ewropea tiegħu.
“Matul iż-żmien u s-sigħat twal li ħadem għat-tlestija tal-pitturi, Hodges kien jieħu ftit mistrieħ b’mixja madwar Tas-Sliema u l-belt barokka tal-Belt Valletta kmieni filgħodu u filgħaxija, fejm seta’ jixrob l-istorja tal-bliet u josserva l-ħajja ta’ madwaru, inklużi l-artisti tat-triq. Din il-faxxinu bl-interazzjoni umana u l-attivitajiet soċjali li jgħaqqdu lin-nies u lill-komunitajiet flimkien huma espressi f’ħafna xogħlijiet f’din l-esebizzjoni. Insibu kwalità dewwiema fis-suġġetti ta’ ħafna minn dawn ix-xogħlijiet, li torbot il-ħajja moderna mat-tradizzjonijiet lokali tal-passat, u b’hekk tissuġġerixxi kontinwità.”
Għal dan l-avveniment attendew, fost ħafna oħrajn, il-membri tal-bord tal-MICAS Claire Cassar u l-president tal-kumitat internazzjonali tal-MICAS Waqas Wajahat, kif ukoll l-artist Sean Cavanaugh, in-neputi tal-artist ikoniku Milton Avery, u l-artisti Ann Craven, James Prosek, u Nicole Conti; il-professjonist dinji tal-arti Tom Loughman; iċ-ċermen għall-M&A globali ta’ Wells Fargo, David DeNunzio u martu Jocelyne DeNunzio; l-attriċi Stella Pulo; Sarah Dhobhany mill-Fondazzjoni Joan Mitchell; l-akkademika Heather Nickels mid-Dipartiment tal-Istorja tal-Arti u l-Arkeoloġija fl-Università ta’ Columbia; u l-gallerista Brendan Dugan minn Karma, New York.
Skip to content