“Here, on the level sand,
Between the sea and the land,
What shall I build or write
Against the fall of night?
Tell me of runes to grave
That hold the bursting wave
Or bastions to design
For longer date than mine”
Il-punt tat-tluq ta’ din il-wirja virtwali hija l-poeżija ‘Between Sea and Land’ ta’ A.E. Housman (1859-1936) u hija ispirata mir-relazzjoni tagħna mal-baħar u l-fruntieri fluwidi li jinħolqu, li jinbidlu u jinħolqu mill-ġdid fir-ramel fiż-żona bejn l-art u l-baħar. Dan il-post liminali magħruf bħala ż-żona littorali, huwa l-arja tal-kosta li hija l-ispazju fejn il-movimenti ta’ kuljum tal-marea jħallu traċċi fiżiċi li jinħolqu u jerġgħu jinħolqu mill-ġdid f’ċiklu kostanti ta’ bidla, ta’ mili u frugħ. Huwa post ta’ tranżizzjoni u trasformazzjoni, ta’ kisi u kxif, fejn l-art u l-baħar jiltaqgħu u jsiru ħaġa waħda fi fruntieri dejjem jinbidlu.
Din il-wirja tinvestiga u tixrob mit-tifsira ta’ dawn il-fruntieri fiżiċi, li huma wkoll psikoloġiċi; esplorazzjonijiet tal-ilma u t-tifsira ta’ ambjent mibni flimkien ma’ dikostruzzjoni ta’ identità u l-essenza ta’ li tkun tgħix fuq gżira fis-seklu 21. Permezz tal-wirja nintalbu biex nikkunsidraw il-lingwa, xi tfisser, kif l-identitajiet tagħna jintgħaġnu kemm inkonxjament u konxjament, permezz ta’ ‘sinjali’ familjali u kulturali, kif ukoll biex nirriflettu fuq in-natura fluwida u li titbiddel tal-identitajiet nazzjonali u individwali; identitajiet li huma multipli u kontinwament riassessjati u rinegozjati. Nozzjonijiet tradizzjonali tal-identità huma mbuttati u sfidati, biex jintlagħbu u jiġu esplorati l-modijiet li bihom l-identità hija mibnija u mgħejxa.
Tul iż-żmien, il-baħar kien ispirazzjoni sinifikanti għall-artisti viżivi, il-kobor tiegħu, sbuħitu u l-imprevidibbiltà tiegħu kienu sors ta’ faxxinu għal sekli sħaħ. Fis-seklu 21, sar ċifra politka, bil-qsim tal-baħar mill-umani f’‘dgħajjes żgħar’ isir motiv diviżiv u li jippolarizza fil-politika kontemporanja. Il-baħar, ħafna drabi ntuża bħala s-simbolu tal-vjaġġi tal-ħajja, bil-vapuri u d-dgħajjes użati bħala metafora biex tirrappreżenta l-esperjenza umana tinnaviga l-isfidi tal-ħajja u l-esplorazzjonijiet tal-mhux magħruf. Illum, fis-soċjetà kontemporanja, immaġnijiet ta’ vapuri u dgħajjes, qsim min naħa għall-oħra u vjaġġi, approfondixxew it-tifsira; għalhekk nintalbu neżaminaw u nisfidaw l-istorja li qsamna, l-istejjer kollettivi u personali tagħna. Il-wirja twassalna nistaqsu fejn konna, u fejn irridu mmorru.
Il-kuratriċi, Jo Baring
Between Sea and Land hija wirja virtwali ta’ MICAS li se tagħti prominenza b’mod esklużiv lix-xogħol tal-artisti Maltin kontemporanji Caesar Attard, Matthew Attard, Aaron Bezzina, Ruth Bianco, Vince Briffa, Austin Camilleri, Charlie Cauchi, Patrick Fenech, Norbert Francis Attard, Romeo Roxman Gatt, Anton Grech, David Pisani, Pierre Portelli, Teresa Sciberras, Raphael Vella.
Between Sea and Land se tiġi ppreżentata fuq MICAS VIRTUAL li se titnieda dalwaqt, fit-13 ta’ Mejju 2023. MICAS VIRTUAL hija rendiment virtwali tal-ispazji tal-galleriji interni ta’ MICAS li se jkunu qed jospitaw wirijet li jippermettu interrogazzjoni virtwali tal-ispazji, li jistabbilixxu pjattaforma maħsuba għal teknoloġiji ġodda, u fuq kollox biex jeżebixxu l-arti. Din il-pjattaforma virtwali interattiva se tiffamiljarizza lill-artisti, il-kuraturi u l-pubbliku ġenerali mal-ispazji taħt is-saqaf tal-galleriji. Hija l-intenzjoni ta’ MICAS li tniedi dan is-sit ta’ gallerija virtwali qabel il-ftuħ tal-bini, kemm biex turi l-ispazji futuri, u aktar importanti minn hekk biex tixħet dawl fuq l-ambizzjoni futura ta’ MICAS u r-rwol li l-arti kontemporanja Maltija se tieħu fiha. Il-pjattaforma qed tiġi żviluppata flimkien ma’ VORTIC ART.
ESPERJENZA Between Sea and Land:
Tista’ tesplora l-wirja online f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta, nhar it-13 u l-14 ta’ Mejju 2023. Din il-wirja se titwassal fuq serje ta’ skrins u se jkun hemm headsets tar-realtà virtwali biex jintensifikaw l-esperjenza. Ħinijiet tal-wirja: It-13 ta’ Mejju mis-1 PM sas-7 PM; l-14 ta’ Mejju mid-9 AM sas-7 PM. Dħul: B’XEJN u m’hemmx bżonn ta’ booking.
JEW
Tista’ tara l-wirja online mit-13 ta’ Mejju 2023 ’il quddiem bill taċċessa l-pjattaforma virtwali ta’ MICAS hawnhekk
Sponsors: Ministry for Justice, Culture and Local Government, Malta Tourism Authority, VORTIC, Heritage Malta, Restoration Directorate, IPOstudio, European Regional Development Fund (ERDF).