Sib il-kreattività tiegħek dan is-sajf bil-Workshops Kreattivi tas-Sajf għat-tfal fil-MICAS!
Dawn il-workshops huma kkurati sabiex jispiraw fi tfal il-kurżità u l-kreattività tagħhom. Il-MICAS fassal workshops differenti li jżewġu l-arti, l-istejjer, u l-esplorazzjoni, kollha fi ħdan l-istabbiliment ta’ mużew tal-arti kontemporanja.
Workshop 1: MELA – Stejjer moħbija tal-kulur, 18 ta’ Lulju
Il-kulur huwa nniffsu repożitorju ta’ elf storja. Dan il-workshop jintroduċi l-parteċipanti fil-proċess artistiku distintiv tal-artist Reggie Burrows Hodges, b’mod partikolari l-użu tiegħu tal-iswudija, is-saffi ta’ tpinġija, kuluri, u forom moħbija. Minflok ma jpinġu eżattament dak li jaraw, it-tfal huma mħeġġa jaħsbu dwar kif l-artisti jistgħu jesprimu l-moviment, l-atmosfera, il-memorja u s-sentiment.
Iż-żewġ workshops huma mfassla għal tfal li għandhom 6 snin u aktar, u ġentilment nitolbu li l-parteċipanti kollha jkunu akkumpanjati u ssorveljati minn adult matul is-sessjoni.
Workshop 2: STEJJER MINSUĠA FIL-ĦAĠAR – Liem storja se tħalli warajk? 25 ta’ Lulju
X’jiġri kieku l-marki li nħallu warajna jistgħu jirrakkontaw storja? Ispirat mill-graffiti, it-tinqix, is-simboli u l-marki storiċi viżibbli li jinsabu fis-sit kollu tal-MICAS, dan il-workshop jistieden lit-tfal jinvestigaw kif il-bini nbidel maż-żmien sabiex huma wkoll joħolqu l-marka tagħhom stess.
Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lis-Servizzi tal-Viżitaturi tal-MICAS fuq 79978072


