Fit-18 ta’ Ottubru, bħala parti minn Ġenna ta’ Ġonna, il-MICAS se jkun miftuħ għall-pubbliku bi dħul b’xejn. Il-viżitaturi se jingħataw l-opportunità jesploraw il-mużew u jiskopru l-wirja miftuħa dak iż-żmien, A New Life Force. Se jkollhom ukoll l-opportunità jingħaqu ma’ tours bi gwida li fihom jesploraw kemm il-wirja kif ukoll l-isfond arkitettoniku uniku tal-MICAS.
18 ta’ Ottubru 2026
Il-Programm
11:00am – Tour tal-Wirja
Tour bi gwida ta’ A New Life Force, li se jesplora d-diversi prattiċi tat-tliet artisti li xogħolhom sawwar il-wirja.
12:00pm – Tour tal-Arkitettura
Tour li jiffoka fuq l-istorja u l-arkitettura tal-iswar storiċi li llum huma parti mill-MICAS.
4:00pm – Tour tal-Wirja
It-tieni tour bi gwida ta’ A New Life Force.
Id-dħul għall-mużew u t-tours se jkunu mingħajr ħlas matul il-jum kollu.

