Edith Devaney

Direttriċi Artistika, Malta International Contemporary Art Space (MICAS).

Edith Devaney, għal aktar minn għoxrin sena kienet kuratriċi anzjana fir-Royal Academy of Arts f’Londra. Hemmhekk kienet responsabbli li toriġina u tikkura diversi wirjiet ambizzjużi u innovativi bħal Jasper Johns: Something Resembling Truth (2017), li kkurat ukoll il-vjaġġ tagħha lejn The Broad f’Los Angeles; Abstract Expressionism (2016), li kkurat ukoll il-vjaġġ tagħha lejn il-Guggenheim Museum Bilbao; u David Hockney: A Bigger Picture (2012), li did-darba kkurat ukoll il-vjaġġ tagħha lejn il-Guggenheim Museum Bilbao u l-Museum Ludwig f’Cologne.

Fir-Royal Academy, ikkurat ukoll diversi wirjiet oħra iżgħar imma li huma storikament importanti, fosthom Tracey Emin/Edvard Munch (2021), Phyllida Barlow: cul-de-sac (2019), u Richard Diebenkorn (2015).

Fil-kapaċità tagħha ta’ kap tas-Summer Exhibtion fir-Royal Academy, ħadmet ma’ diversi artisti kontemporanji internazzjonali kemm fuq il-kurazzjoni ta’ din il-wirja annwali kif ukoll fuq proġetti u wirjiet speċjali marbutin magħha. Fost dawn l-artisti nsibu lil Roberto Matta, Ed Ruscha, Frank Stella, William Kentridge, Anselm Kiefer, Jeff Koons, Peter Blake, Cornelia Parker u Michael Craig Martin.

Fl-2021 Devaney ħalliet ir-Royal Academy sabiex tmexxi d-David Hockney Foundation u d-David Hockney Inc. f’Los Angeles għal sentejn.

Fost il-proġetti kuratorjali indipendenti tagħha nsibu Milton Avery fir-Royal Academy (2022), fil-Wadsworth Atheneum Museum of Fine Art f’Connecticut (2022) u l-Modern Museum of Art of Fort Worth f’Texas (2021); Afro: 1950-1970: From Italy to America and Back (2022) u Arshile Gorky: 1904 – 1948  (2019), li t-tnejn li huma ttellgħu fis-Ca’ Pesaro International Gallery of Modern Art f’Venezja; u riċentament retrospettiva kbira ta’ George Condo fil-Musée d’art Moderne ta’ Pariġi (2025-6).

Għal MICAS hi kienet il-kuratriċi ta’ Joana Vasconcelos: Transcending the Domestic, 2024; The Space we Inhabit, 2025 u Milton Avery and his Enduring Influence on Contemporary Art, 2025.

Edith Devaney

Share

Skip to content