Direttriċi Artistika, Malta International Contemporary Art Space (MICAS)
Edith Devaney, għal aktar minn għoxrin sena kienet kuratriċi anzjana fir-Royal Academy of Arts f’Londra. Hemmhekk kienet responsabbli li toriġina u tikkura diversi wirjiet ambizzjużi u innovativi bħal Jasper Johns: Something Resembling Truth (2017), li kkurat ukoll il-vjaġġ tagħha lejn The Broad f’Los Angeles; Abstract Expressionism (2016), li kkurat ukoll il-vjaġġ tagħha lejn il-Guggenheim Museum Bilbao; u David Hockney: A Bigger Picture (2012), li did-darba kkurat ukoll il-vjaġġ tagħha lejn il-Guggenheim Museum Bilbao u l-Museum Ludwig f’Cologne.
Fir-Royal Academy, ikkurat ukoll diversi wirjiet oħra iżgħar imma li huma storikament importanti, fosthom Tracey Emin/Edvard Munch (2021), Phyllida Barlow: cul-de-sac (2019), u Richard Diebenkorn (2015).
Fil-kapaċità tagħha ta’ kap tas-Summer Exhibtion fir-Royal Academy, ħadmet ma’ diversi artisti kontemporanji internazzjonali kemm fuq il-kurazzjoni ta’ din il-wirja annwali kif ukoll fuq proġetti u wirjiet speċjali marbutin magħha. Fost dawn l-artisti nsibu lil Roberto Matta, Ed Ruscha, Frank Stella, William Kentridge, Anselm Kiefer, Jeff Koons, Peter Blake, Cornelia Parker u Michael Craig Martin.
Fl-2021 Devaney ħalliet ir-Royal Academy sabiex tmexxi d-David Hockney Foundation u d-David Hockney Inc. f’Los Angeles għal sentejn.
Fost il-proġetti kuratorjali indipendenti tagħha nsibu Milton Avery fir-Royal Academy (2022), fil-Wadsworth Atheneum Museum of Fine Art f’Connecticut (2022) u l-Modern Museum of Art of Fort Worth f’Texas (2021); Afro: 1950-1970: From Italy to America and Back (2022) u Arshile Gorky: 1904 – 1948 (2019), li t-tnejn li huma ttellgħu fis-Ca’ Pesaro International Gallery of Modern Art f’Venezja.
Hija għadha tikteb u tagħti lekċers regolarment fuq l-arti, kif ukoll taħdem fuq proġetti kuratorjali indipendenti. Hija wkoll membru tal-bord tal-International Catalogue Raisonné Association (ICRA).
Edith Devaney reċentement ħadet f’idejha l-pożizzjoni li għadha kif inħolqot ta’ Direttur Maniġerjali u Kuratur għal David Hockney Inc. u l-Fondazzjoni David Hockney. Hija wkoll Editur Ewlieni tad-David Hockney Catalogue Raisonné. Preċedentemnet, kienet il-Kuratur tal-Kontemporanju u l-Kap tas-Summer Exhibition tar-Royal Academy of Arts, u ttrasformat din il-wirja tul dawn l-aħħar għoxrin sena fis-suċċess popolari tagħha llum.
Oriġinat u kkurat ukoll għadd ta’ wirjiet fl-Akkademja, fosthom Jasper Johns; ‘Something Resembling Truth’ fl-2017 li vvjaġġat lejn il-Broad f’Los Angeles; Abstract Expressionism, kemm fir-Royal Academy fl-2016, kif ukoll fil-Guggenheim Bilbao fl-2017; u l-wirja ta’ David Hockney, 82 Portraits and one still-life, li daret tliet siti madwar l-Ewropa u l-Istati Uniti, u kienet responsabbli wkoll għall-kura tal-wirja tal-pajsaġġi ta’ Hockney, A Bigger Picture, fl-2012. Wirjiet oħra jinkludu retrospettivi fuq Allan Jones u Bill Woodrow, retrospettiva ta’ Richard Diebenkorn u wirja tax-xogħol ta’ Phyllida Barlow. Ikkokurat sensiela ta’ GSK Contemporary Exhibitions fil-bini tal-Burlington Gardens tar-Royal Academy u kienet inkarigata mill-programm tal-iskultura tal-Annenberg Courtyard fejn ikkurat installazzjonijiet ta’ Anselm Kiefer, Jeff Koons, Cornelia Parker u Thomas Houseago fost oħrajn.
Barra mir-Royal Academy, ikkontribwiet ħafna kitbiet għal diversi pubblikazzjonijiet u wirjiet kkurati indipendentament, inkluż, milux, retrospettiva dwar Arshile Gorky f’Venezja fl-2019. Hija membru tal-bord tal-International Catalogue Raisonné Association u konsulenta artistikua tal-MICAS.
Ritratt: Benedict Johnson
Share
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
© Malta International Contemporary Art Space 2023
© Malta International Contemporary Art Space 2024
© Malta International Contemporary Art Space 2024