Stephen Saliba huwa maniġer ta’ tim fi ħdan l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), kif ukoll artist viżiv stabbilit lokalment. Waqt li x-xjenza u l-arti huma ħafna drabi meqjusa bħala żewġ dinijiet distinti, it-tnejn huma integrali f’ħajtu, waqt li jikkontribwixxu mutwalment fl-iżvilupp professjonali u artistiku tiegħu.
Stephen iggradwa mill-Università ta’ Malta b’Baċellerat fix-Xjenza fil-Bijoloġija u l-Kimika, u mill-istess università kiseb Maġisteru fix-Xjenza fl-Ekoloġija Kostali. F’dan il-Maġisteru, studja l-kompożizzjoni tal-fauna taż-żona intermareali fuq ix-xtajtiet ramlija. Mill-kisbiet tiegħu ’l hawn, għal dawn l-aħħar tmintax-il sena ħadem ma’ dik li qabel kienet l-Awtorità dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-ERA fil-qasam ambjentali fuq firxa ta’ suġġetti bħall-bidla fil-klima, u politiki fuq l-agrikultura u l-baħar. Bħalissa, qed imexxi tim ta’ uffiċjali li qegħdin jaħdmu fuq il-protezzjoni ta’ ħabitats u speċi nattivi, u l-ġestjoni ta’ siti importanti ekoloġikament, speċjalment is-siti protetti Natura 2000 li huma regolati permezz tad-Direttiva dwar il-Ħabitats tal-Kummissjoni Ewropea.
Matul is-snin tiegħu fl-Awtorità kien involut fi proġetti u inizjattivi ambjentali varji mmirati biex jissalvagwardjaw u jirrestawraw l-istatus ekoloġiku tal-flora u l-fauna lokali. L-irwol tiegħu mal-ERA jinvolvi kollaborazzjoni kontinwa ma’ partijiet ikkonċernati differenti bħal NGOs u entitajiet privati u governattivi bil-għan li jaħdmu lejn miri ambjentali lokali u Ewropej. Stephen jemmen bi sħiħ li taħdem man-natura jfisser taħdem man-nies, u permezz tal-irwol tiegħu fi ħdan l-ERA jassigura li dan il-prinċipju jiġi rrispettat u li l-kwistjonijiet ambjentali jiġu indirizzati minn aspetti soċjoekonomiċi usa’.
Share
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
© Malta International Contemporary Art Space 2023
© Malta International Contemporary Art Space 2024
© Malta International Contemporary Art Space 2024