Id-direttur artistiku tal-MICAS Edith Devaney waqt waħda mil-viżti ggwidati tal-MICAS tul l-Open Weekend

Open Weekend ta’ suċċess il-MICAS iwitti t-triq għall-wirjiet tal-2025 ta’ artisti Maltin u eżibizzjoni unika tal-artist Milton Avery

Il-MICAS Open Weekend jilqa’ l-viżitaturi u l-familji hekk kif jibdew il-preparamenti għall-wirja The Space We Inhabit u retrospettiva rari tal-artist Milton Avery u bosta artisti oħra

It-Tlieta, 1 ta’ April 2025
Malta Contemporary fetħet il-bibien tagħha għall-pubbliku b’aċċess b’xejn matul tmiem il-ġimgħa ta’ Marzu 29-30, fejn għadd kbir ta’ viżitaturi gawdew il-ġiti kkurati tat-tlett wirjiet għadejjin bħalissa fil-MICAS, kif ukoll logħob għat-tfal u l-familji fl-ispjanatura tal-mużew.
Il-pubbliku seta jgawdi ż-żjarat speċjali mmexxija mid-Direttur Artistiku tal-MICAS Edith Devaney għall-wirja Transcending the Domestic tal-artista magħrufa Portugiża Joana Vasconcelos, u wirjiet oħra ta’ xogħol mill-artist Malti Raymond Pitrè (Figure in Rods) u l-artist kontemporanju Brittaniku Conrad Shawcross (What Is To Become Is Already Here).
“Għal darb’oħra l-pubbliku Malti wieġeb b’mod estremament pożittiv għall-weekend miftuħ tal-Ispazju Internazzjonali tal-Arti Kontemporanja ta’ Malta. Viżitaturi ta’ kull età gawdew attivitajiet u logħob, il-wirja tagħna ta’ Vasconcelos, ix-xogħlijiet uniċi ta’ Ray Pitrè fis-sular ta’ fuq, u l-kreazzjonijiet inimitabbli ta’ Conrad Shawcross fil-kmamar taħt is-sur ta’ San Salvatore,” qalet iċ-chairperson eżekuttiv tal-MICAS Phyllis Muscat. 
L-Open Weekend tal-MICAS ipprovda żjarat iggwidati tal-eżebiti,attivitajiet tal-arti għat-tfal, tours ggwidati mal-iswar, logħob u attivitajiet edukattivi.
“Il-MICAS huwa l-aktar destinazzjoni kulturali ġdid ta’ Malta b’aktar minn 6,000 metru kwadru ta’ pajsaġġ storiku hawnhekk fil-Furjana – waħda mill-missjonijiet tagħna kienet li nagħtu skop ġdid lil din il-parti tal-fortifikazzjonijiet li issa saret aċċessibbli bħala spazju għall-arti u l-kultura,” qal Muscat. 
L-2025 hija sena importanti għall-MICAS, b’żewġ wirjiet ewlenin li se juru xogħol ġdid Malti minn ismijiet stabbilti kif ukoll artisti internazzjonali li xogħolhom se jintwera għall-ewwel darba fi xtutna. 
Edith Devaney, Direttur Artistiku tal-MICAS, qalet li għaddejjin it-tħejjijiet għal The Space We Inhabit, wirja minn sitt artisti kontemporanji Maltin, li ħafna minnhom se jkunu qed juru xogħol ġdid, kif ukoll retrospettiva bla preċedent tal-artist influenti Amerikan Milton Avery murija flimkien ma’ xogħol ta’ artisti Ewropej kontemporanji oħra li ġew ispirati minn xogħolu.
“Il-MICAS huwa fil-qalba tax-xena internazzjonali tal-arti kontemporanja din is-sena: għajnejhom fuq il-gżira hekk kif qed inħejju għal spettaklu rari fl-Ewropa tax-xogħol ta’ Milton Avery flimkien ma’ artisti kontemporanji ta’ fama li ġew influenzati minn Avery, bħal Nicolas Party, Gary Hume, March Avery u aktar, kif ukoll għall-wirja kbira tagħna tal-arti kontemporanja Maltija li aħna nemmnu li se tkun Aħna nemmnu li se nkunu qed niftħu toroq ġodda.  
“Dawn huwa żmien eċċitanti għall-MICAS u l-missjoni ewlenija tagħna ta’ internazzjonalizzazzjoni qed tixprunana aktar biex nattiraw ismijiet kbar lejn Malta kif ukoll li nkunu l-pjattaforma għad-dinja għall-artisti kontemporanji ta’ Malta.”
Skip to content