Intervista Mal-Kuratriċi Jo Baring

Segwi lill-kuratriċi indipendenti, kittieba u storika tal-arti Jo Baring tiddiskuti l-eżibizzjoni Between Sea and Land.

L-eżibizzjoni virtwali Between Sea and Land tippreżenta esklużivament xogħlijiet tal-artisti kontemporarji Maltin Caesar AttardMatthew AttardAaron BezzinaRuth BiancoVince BriffaAustin CamilleriCharlie CauchiPatrick FenechNorbert Francis AttardRomeo Roxman GattAnton GrechDavid PisaniPierre PortelliTeresa Sciberras, u Raphael Vella

Between Sea and Land hija ppreżentata fuq il-pjattaforma MICAS VIRTUAL li hija rendiment virtwali tal-ispazji tal-galleriji interni tal-MICAS, li se jkunu qed jospitaw eżibizzjonijiet li jippermettu interrogazzjoni virtwali tal-ispazji, u jistabbilixxu pjattaforma maħsuba għal teknoloġiji ġodda u fuq kollox biex jeżibixxu l-arti. Din il-pjattaforma virtwali interattiva se tqarreb ukoll lill-artisti, il-kuraturi, u l-pubbliku ġenerali mal-ispazji tal-galleriji ta’ ġewwa. Hija l-intenzjoni tal-MICAS li jniedi din il-gallerija virtwali qabel il-ftuħ tal-binja, kemm biex jeżibixxi l-ispazji li se jinfetħu dalwaqt kif ukoll aktar kruċjali biex jipprovdi ħarsa dwar l-ambizzjoni futura tiegħu u l-irwol li l-arti kontemporanja Maltija se jkollha fih. Il-pjattaforma qed tiġi żviluppata f’konġunzjoni ma’ VORTIC ART.

Fittex u sir af aktar dwar Between Sea and Land hawnhekk.

Share

Skip to content