Francis Sultana
Francis Sultana

Il-MICAS tirringrazzja lil Francis Sultana wara seba’ snin ta’ servizz

Il-MICAS jagħti ġieħ lill-membru tal-bord Francis Sultana għall-kontribut tiegħu fit-tiswir tal-istituzzjoni

Wara seba’ snin ta’ servizz fuq il-bord tal-MICAS matul il-perjodu kruċjali tal-żvilupp tal-binja, il-membru tal-bord Francis Sultana, l-ambaxxatur ta’ Malta għall-kultura, ħabbar li mhux se jkompli f’dan ir-rwol.
Kienet ilha l-intenzjoni tiegħu li jieħu waqfa minn dax-xogħol wara l-ftuħ tal-mużew f’Ottubru 2024 hekk kif jibda għadd ta’ dmirijiet internazzjonali ġodda.
Il-Malta International Contemporary Arts Space (MICAS) estenda il-gratitudni profonda tiegħu lil Sultana għall-kontribut eċċezzjonali bħala membru tal-bord u s-servizz tiegħu fil-Kumitat Kreattiv tal-MICAS.
“Il-MICAS jirrikonoxxi l-kontribut ta’ Francis fit-tiswir tal-istituzzjoni u s-solidifikazzjoni ta’ postha fix-xena internazzjonali tal-arti,” qalet iċ-chairperson eżekuttiv tal-MICAS Phyllis Muscat.
Sa mill-bidu tal-MICAS fl-2018, Francis Sultana kien strumentali fil-ħolqien ta’ konnessjonijiet sinifikanti bejn il-MICAS u d-dinja globali tal-arti kontemporanja. “L-għarfien tiegħu bħala espert u d-dedikazzjoni tiegħu kellhom rwol ċentrali fit-twettiq tal-missjoni tal-MICAS, billi żguraw li Malta tinsab f’pożizzjoni soda bħala ċentru dinamiku għall-espressjoni artistika kontemporanja,” qalet Muscat.
Bħala l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Kultura, Sultana kien forza mexxejja fil-promozzjoni tal-MICAS fix-xena internazzjonali. Il-kapaċità tiegħu li jqarreb il-wirt artistiku ta’ Malta u x-xena tal-arti globali se tħalli wirt dejjiemi.
Sultana appoġġa lill-MICAS fit-trawwim ta’ relazzjonijiet ma’ wħud mill-artisti, l-istituzzjonijiet u l-kolletturi ewlenin fid-dinja, u witta t-triq għal kollaborazzjonijiet futuri u skambji kreattivi.
Il-bord u l-ħaddiema tal-MICAS huma kuntenti li Sultana wiegħed li jkompli jappoġġja l-mużew u jippromwovi l-attivitajiet tiegħu globalment.
Skip to content