CJ Lim huwa Professur tal-Arkitettura u l-Urbaniżmu f’Bartlett, UCL. Ir-riċerka u d-disinn tiegħu marbuta mal-ibliet jiżviluppaw bis-saħħa ta’ paradigma urbana multidixxiplinari – l-i‘Smartcity’, simbjożi ekoloġika bejn in-natura u l-forma mibnija u r-rwol taċ-ċittadini fil-ħolqien ta’ forom diversi ta’ pajsaġġi u urbaniżmu reżiljenti. Rebaħ il-‘Grand Architecture Prize’ tar- Royal Academy of Arts London, kif ukoll għal erba’ darbiet ir-Royal Institute of British Architects President’s Medal International Teaching Award għall-kontribut lill-edukazzjoni dwar l-arkitettura – l-akbar għadd mirbuħ minn individwu. Għallem fil-livelli kollha tal-edukazzjoni tal-arkitettura u iżur bħal Professur 12-il università.
Ir-riċerka ta’ CJ ippubblikata fil-wisa’, u ta aktar minn 200 lekċer u paper għal-konferenzi internazzjonali. Kiteb 12-il ktieb fosthom 441/10…we’ll reconfigure your space when you’re ready (1996), Sins + Other Spatial Relatives (2001), How Green is Your Garden? (2003), Museums [work in process] (2004), NeoArchitecture: Studio 8 Architects (2005), Virtually Venice (2006), u Short Stories – London in two-and-a-half dimensions (2011). Il-kotba ppremjati tiegħu Smartcities and Eco-warriors (2010, it-2ni edizzjoni, 2019), Food City (2014) u Inhabitable Infrastructures: Science fiction or urban future? (2017) jesploraw il-potenzjal tal-urbaniżmu marbut mal-klima li jindirizza l-ħtiġijiet fundamentali tal-bniedem li jipproteġi, jipprovdi u jipparteċipa. L-aħħar xogħol tiegħu Once Upon a China (2020) ikompli bl-interess tiegħu fir-rakkuntar arkitettoniku. Barra minn hekk, editja wkoll erba’ kotba Realms of Impossibility: Air, Ground + Water (3 volumi; 2002), u Devices (2005), li huma inkjesti kritiċi fil-potenzjal tal-arkitettura innovattiva, l-ideali utopiċi u metodoloġiji mhux ortodossi ta’ esplorazzjonijet spazjali.
CJ huwa wkoll id-direttur fundatur ta’ Studio 8 Architects f’Londra – uffiċju multidixxiplinari u rebbieħ ta’ premji internazzjonali. B’aktar minn 30 sena esperjenza fl-ippjanar u d-disinn tal-ambjent mibni, kien id-disinjatur/investigatur tar-riċerka ewlieni ta’ ’l fuq minn 150 proġett, b’kummissjonijiet reċenti għal ippjanar u disinn urban ta’ bliet sostenibbli mill-gvernijiet taċ-Ċina u tal-Korea, ta’ meded minn 0.2km2 sa 80km2. Il-kontribut tiegħu huwa lejn it-titjib tal-kwalità tal-ħajja tal-komunitajiet u li jkun hemm dejjem aktar ugwaljanza soċjali u kuxjenza ambjentali u kulturali. Xogħlijietu huma parti mill-kollezzjoni permanenti tal-Victoria and Albert Museum London, il-Fonds Regional d’Art Contemporain du Centre (FRAC) France, u l-RIBA British Architectural Library London. Il-proġett ċelebri tiegħu Virtually Venice huwa investigazzjoni ta’ bliet, kulturi u identitajiet Lvant-Punent – kummissjoni mill-British Council għall-Biennale tal-Arkitettura ta’ Venezja.
Share
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
© Malta International Contemporary Art Space 2023
© Malta International Contemporary Art Space 2024
© Malta International Contemporary Art Space 2024