Austin Camilleri huwa artist viżiv freelance li jaħdem simultanjament u b’mod non-ġerarkikut fl-installazzjoni, il-pittura, it-tpinġija, il-vidjow u l-iskultura. Billi jislet prinċipalment mill-istorja tal-arti tal-Punent, il-kultura popolari u t-tradizzjonijiet tal-immaġni tal-poter, jesplora t-tensjoni bejn il-materjal u dak diġitali, personali u pubbliku, permezz ta’ saffi ta’ tekniki u modalitajiet.
Camilleri twieled f’familja ta’ artisti. Studja ll-Università ta’ Malta u l-Accademia Pietro Vannucci f’Perugia, wara li ngħata borża ta’ studju ta’ erba’ snin fl-1991. Huwa l-fundatur ta’ 356, membru fundatur ta’ StArt, Fundazzjoni Klula, u huwa lettur viżitatur fil-Fakultà tal-Ambjent Mibni, l-Università ta’ Malta. Fassal ukoll kotba, kampanji, premjijiet, kif ukoll settijiet tal-palk għall-operazzjonijiet, it-teatru u wirjiet taż-żfin.
Esibixxa fil-Biennale ta’ Venezja, Ostrale Biennale fi Dresden, il-Biennale tal-Mediterran f’Tuneż, ArtRaker Biennale fil-Belt Valletta, il-Biennale għall-Artisti Żgħażagħ f’Ruma u Art Knows no Frontiers fi Trier.
Ix-xogħlijiet tiegħu ntwerew fil-Kalmar Konstmuseum f’Kalmar, fid-WTC fi Stokkolma, l-Iżvezja; fil-Mużew tal-Arti ta’ Anchorage, Alaska u l-Bini tan-NU u l-Gallerija tas-SAI fi New York, l-Istati Uniti, fil-Gallerija tal-Arti Viżwali fi New Delhi, l-Indja, fil-BOZAR, Centrale Electrique, Musee Botanique u Place Fontainas fi Brussell, il-Belġju; il-Mużew tal-Arti Kontemporanja, Cluj-Napoca, ir-Rumanija; fiċ-Ċentru Henderson f’Beijing, iċ-Ċina; Apollonia fi Strasburgu, Galerie GNG f’Pariġi u Fondation Villa Datris f’L’Isle sur la Sorgue, Franza; Palais Liechtenstein fi Feldkirch, l-Awstrija; il-Mużew tal-Vatikan u f’Macro Ex-Mattatoio f’Ruma, Villa Barbaro di Maser, u fil-kumpless Museo Archeologico, Lipari, Museo Civico f’Nichelino, Biblioteca Universitaria, Torino, Biblioteca Nazionale f’Ruma u f’Cosenza, l-Italja; il-Palazz St.James f’Londra, ir-Renju Unit; il-Palais des Nations, Ġinevra, l-Iżvizzera; f’Inguat, il-Belt tal-Gwatemala, il-Gwatemala; fi Grote Kerk u f’NEST, fl-Aja, fl-Olanda; Chiesa Santa Chiara, ir-Repubblika ta’ San Marino; AT Beith Shemesh, Ġerusalemm, Isreal; f’Palais Kherredine f’Tuneż u Palais Abdelliya fil-Marsa, it-Tuneżija; fil-Munchen Kunstelerhaus fi Munich, Galerie Bagnato u Kulturzentrum f’Konstanz, il-Ġermanja; f’Watergate, RIJEKA2020, il-Kroazja; fl-ACVIC, Centro de Artis Contemporeas, Vic, Barcellona; il-Mużew Nazzjonali tal-Belle Arti, il-Mużew Marittimu, il-Mużew tal-Arkeoloġija, il-Mużew ta’ Hagar, Spazju Kreattiv u l-Fondazzjoni Maltija tal-Arti Kontemporanja f’Malta.
Camilleri kkura għadd ta’ wirjiet kontemporanji u ħademma’ koreografi, mużiċisti, awturi u prattikanti tat-teatru f’ħafna proġetti kollaborattivi.
Xogħlu ġie ppubblikat f’kotba u pubblikazzjonijiet internazzjonalment u jinsab fi spazji pubbliċi, kollezzjonijiet pubbliċi, korporattivi u privati madwar id-dinja.
Imwieled fl-1972, jgħix Għawdex u jaħdem bejn Malta u l-Italja.
Ritratt ħajr Austin Camilleri
Share
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
Operational Programme I – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges”. Project may be part-financed by the European Regional Development Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National Funds.
© Malta International Contemporary Art Space 2023
© Malta International Contemporary Art Space 2024
© Malta International Contemporary Art Space 2024