“Il-kultura, l-arti u l-estetika huma ċentrali għall-benesseri tal-bniedem. Bħal ma hija relazzjoni attiva mal-ambjenti naturali, billi bħala bnedmin, aħna parti mill-ekosistema usa’. Għalhekk il-benesseri ħolistiku tal-komunitajiet umani jiddependi wkoll fuq il-kwalità tal-interazzjoni tagħna mad-dinja naturali lil hinn mill-konfini ta’ ġisimna u l-ambjent mibni li ngħixu fih.
Il-ġnien urban huwa ness ambjentali naturali uman bil-kumplessitajet u r-rabtiet tiegħu. Isostni l-bijodiversità urbana filwaqt li jħeġġeġ għal konnessjonijiet ġodda bejn it-tiswir tat-tifsir, l-ispazju fiżiku, u l-azzjoni fl-ispazju pubblika li jixpruna estetika ekoloġika tal-irbit u r-rabtiet.”
Bħala parti mill-MEC – it-Taqsima Programmatika tal-MICAS għall-Edukazzjoni u l-Komunità, l-Ispazju Internazzjonali ta’ Malta għall-Arti Kontemporanja (MICAS) qed itella’ konferenza nhar is-Sibt l-24 ta’ Ġunju 2023 fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, il-Belt Valletta.
Waqt din l-attività, kelliema lokali u internazzjonali mil-akkademja ,diversi dixxiplini kreattivi u oqsma oħrajn se jkunu qed jesploraw l-isfidi tal-urbanizzazzjoni densa u r-rwol tal-ispazju tal-ġnien urban bħala ħolqa bejn il-ħabitats naturali u l-bijodiversità u l-ibliet.
Sessjoni 1: Preżentazzjoni ewlenija minn CJ Lim
Sessjoni 2: Preżentazzjoni ewlenija minn Mario Balzan
Sessjoni 3: Diskussjoni. Kelliema: Elisabeth Conrad, Anton Grech, Georgina Portelli, Andrew Darragh, Stephen Saliba. Imexxija minn Konrad Buhagiar
INGĦAQAD MAGĦNA!
DATA: l-24 ta’ Ġunju 2023
ĦIN: mid-9:00 sat-14:30
POST: Il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija (fil-Gran Salone), Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta
DĦUL: Bla ħlas, inkiteb ħawn: https://forms.gle/A64XAhxq3phrajxm6
SE JIĠU PPROVDUTI: Indukrar tat-tfal tul it-taħdita, kafè bħala merħba, ikla ħafifa
Din l-attività qed issir bl-appoġġ tal-Ministeru għal-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF), Heritage Malta.