Photo: Robert Goodman

Il-MICAS jiftaħ formalment il-wirja ġdida Reggie Burrows Hodges: Mela

L-ewwel wirja solo Ewropea tal-artist rinomat Kalifornjan Reggie Burrows Hodges, bi 30 xogħol u l-akbar tili tiegħu maħluqa f’Malta

Is-Sibt, id-9 ta’ Mejju
Fetħet uffiċjalment l-esibizzjoni l-ġdida tal-Ispazju Internazzjonali tal-Arti Kontemporanja ta’ Malta, bl-ewwel wirja solo Ewropea li qatt tella’ l-artist rinomat Reggie Burrows Hodges (t. 1965, Compton, California).
Reggie Burrows Hodges: Mela, li se ddum għaddejja mid-9 ta’ Mejju sat-30 ta’ Awwissu, hija l-aktar kollezzjoni ambizzjuża ta’ xogħol mill-karriera ta’ Reggie Burrows Hodges, u tinkludi l-akbar tili tal-karriera tiegħu li jokkupaw il-ħitan u l-art kollha tal-gallerija tal-MICAS.
Il-wirja tinkludi l-pittura ta’ Hodges Mamajamma, produzzjoni enormi għolja aktar minn erba’ metri u nofs u aktar minn tmien metri wiesgħa, li tiddomina l-ħitan storiċi tal-MICAS u li hija biċċa xogħol kolossali bi tweġiba għal Il-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann Battista ta’ Caravaggio.
Din il-wirja timmarka kapitlu ġdid fl-istorja tal-MICAS, fejn Hodges seddaq relazzjoni important mal-istituzzjoni billi ġab l-istudjow Malta għal din l-ewwel wirja solo tiegħu.
Bi 30 xogħol maħluq speċifikament għal din il-wirja f’Malta, Reggie Burrows Hodges: Mela timmarka l-immersjoni tal-artist fis-soċjetà u l-kultura Maltija, bil-preokuppazzjonijiet tipiċi tiegħu li jservu biex joħolqu narrattiva ġdida li tisfida l-idea ta’ Malta kartolina. Il-wirja tal-qofol hija, kif jgħidu hu stess, “poeżija għal Malta”.
“Il-MICAS issa huwa post li jiġġenera l-kundizzjonijiet biex isseħħ l-arti,” qalet Phyllis Muscat, iċ-chairperson eżekuttiv tal-MICAS, waqt id-diskors tagħha lill-bosta mistednin preżenti għal ftuħ il-wirja. “Nistiednu l-artisti mhux biss biex indendlu xogħolhom mal-ħitan tagħna, imma biex ikunu hawn – jgħixu l-gżejjer, jiltaqgħu mal-istorja, il-klima is-soċjetà tagħna, jaraw il-partikularitajiet tagħna… sabiex inħallu li Malta tidħol f’xogħolhom.”
Muscat iċċelebrat it-tkomplija tal-programm artistiku kuraġġuż tal-istituzzjoni, b’sensiela sfiqa ta’ artisti interazzjonali u Maltin li kienu tnebbħu f’Malta u saħħew ir-relazzjoni tagħhom mal-mużew. “B’dan l-impenn nazzjonali lejn il-promozzjoni tal-arti kontemporanja, il-MICAS ġabet Malta arti li għaddiet mill-aktar istituzzjonijiet rispettati  fid-dinja. Dan għamilniha mhux bis-self ta’ prestiġu, iżda bis-saħħa ta’ involviment artistiku ġenwin.”
Edith Devaney, id-Direttur Artistika tal-MICAS, qalet li Hodges ġie Malta l-ewwel darba fl-2024 meta qatagħha li jġorr l-istudjow tiegħu bl-intenzjoni li jipproduċu sensiela ġdida għal kollox ta’ xogħlijiet imnebbħa mill-gżejjer.  “Din il-wirja għandha għadd ta’ gruppi u sensiliet. Is-sensiela ta’ Hodges li ilha għaddejja ġmielha, Labor, u li tesplora u tiċċelebra l-attività tax-xogħol produttiv spiss minn dawk li fl-aħħar mill-aħħar l-inqas li jgawdu minnu, tgħaddi minn perspettiva Maltija. Il-figuri tipiċi tiegħu jidhru bħala dell, imsawra mill-ispazju negattiv maħluq mill-ambjent tiegħu, u dan jiżgura l-konnessjoni profonda mas-sitwazzjoni Ii fih qed jiġi ppreżentat.”
L-involviment profond ta’ Hodges fit-tiswir tax-xbihat f’kuntrast qawwi bejn iċ-ċar u l-iskur jagħmilha mill-ewwel evidenti li xogħlu huwa wkoll omaġġ lill-imgħallem tal-Barokk u l-mod if jista’ jitwassal artistikament id-dawl. “Jaf l-aktar laqgħa important ta’ Hodges seħħet ftit jiem wara li wasal Malta meta żar il-Kon-Katridral ta’ San Ġwann biex jara l-Qtugħ ir-Ras ta’ Caravaggio.
Fil-każ tal-kelma “mela”, tant użata fil-Malti f’okkażjonijiet diversi ta’ diskors, Hodges josserva li spiss tiġi qabel ma’ jitlissen ħsieb. F’din il-wirja, Hodges iġib il-prattika artistika tiegħu fi djalogu frisk mal-kuntest Malti, b’suġġetti li jinkludi l-aħrax tax-xtut u l-Mediterran biswithom, l-ambjent mibni, u l-forom tax-xogħol li jsostnuha.
Il-qawwa tal-komunità hija tidher qawwija fl- investigazzjoni usa’ ta’ Hodges tad-dinjità u r-reżiljenza umana. “Kull ma jien impenjat u involut fih, qiegħed b’xi mod jipprova jirrifletti spirtu ta’ post, żmien, u n-nies li tant kont ixxurtjat li ġejt f’kuntatt magħhom… Fhimt ċarament li kelli responabbiltà li nidħol għal dil-biċċa xogħol b’ruħi u ġismi u nagħti lura l-aħjar li nista’”
Skip to content