Il-Weekend Miftuħ tal-MICAS huwa ċelebrazzjoni ħajja li tlaqqa’ l-arti, l-istorja, in-natura, u l-logħob. Dan kollu huwa mfassal b’mod li jippermetti lill-viżitaturi ta’ kull età japprezzaw il-kampus storiku uniku u l-ispazji ta’ barra tal-mużew. Matul il-jumejn, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jieħdu sehem f’tours arkittetoniċi u storiċi ma’ gwida. Se jkunu jistgħu wkoll jinvolvu ruħhom f’attivitajiet kreattivi u edukattivi, kif ukoll ispirati min-natura. It-tfal se jkollhom esperjenzi prattiċi lesti għalihom. Dawn kollha se jittellgħu fil-ġonna u ż-żoni ta’barra tal-mużew.
Il-Weekend Miftuħ tal-MICAS jirrifletti l-impenn tal-MICAS għall-komunità, it-tagħlim permezz tal-kreattività, u esperjenzi kulturali inklużivi. Huwa weekend li se joffri xi ħaġasinifikanti lit-tfal, iż-żgħażagħ u l-familji.
7 – 8 ta’ Marzu 2026
10:00am – 6:00pm
Dħul, tours u attivitajiet b’xejn għal kull eta’.
Attivitajiet Edukattivi
• Sfida: Ditektiv tal-Forom
• Ħalli l-Mark Tiegħek: Tila Kollettiva
• Avery fl-Azzjoni
• Nesploraw il-Kuluri u l-Forom
Attivitajiet tal-Pjanti
• Tfittxija għall-Pjanti
• Tiżrigħ taż-Żrieragħ
• Siġra tax-Xewqat
Tours
• Tour tal-Esebizzjonijiet tal-MICAS
• Tour tal-Arkitettura Storika tal-MICAS u l esebizzjoni Lil Hinn mis-Swar
Reading Sessions (These sessions need to be confirmed)
is-Sibt: 10:30am u 3:00pm
il-Ħadd: 11:00am u 4:00pm
Yoga
il-Ħadd: 10:00am sa 11:am
Logħob ieħor
• Giant Jenga
• Giant Chess
• 4-in-a-Line
• Caterpillar


