L-artista famuża Portugiża Joana Vasconcelos se tiddjaloga mad-Direttriċi Artistika tal-MICAS, Edith Devaney. Id-djalogu miftuħ se jkopri l-attenzjoni u l-kontenut tal-wirja Transceding the Domestic u se jesplora wkoll il-prattika straordinarja u l-approċċ tagħha lejn xogħolha. Ingħaqdu magħna għal djalogu li ċertament għandu joffri għarfien affaxxinanti dwar il-karriera ta’ Vasconcelos u r-rispons tagħha rigward il-fatt li se tkun qed tippreżenenta l-wirja ta’ ftuħ tal-MICAS.
Data: is-Sibt 26 ta’ Ottubru 2024
Post: il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, Triq ir-Repubblika Street, Il-Belt Valletta
10:30 – 11:00 Welcome Coffee
11:00 – 12:30 Djalogu
12:30 – 13:00 Q&A
Dħul bla ħlas—Ibbukkja l-biljett tiegħek hawn.
Il-booking huwa obbligatorju.
Se jiġu offruti servizzi ta’ kura tat-tfal b’xejn.