Cristina Iglesias

Cristina Iglesias twieldet San Sebastián f’Novembru tal-1956. 

Bħalissa tgħix u taħdem Madrid. Tul il-karriera tagħha, Iglesias iddefiniet vokabolarju skultoriku uniku, bil-bini ta’ ambjenti immersivi u esperjenzjali li jirreferenzjaw u jgħaqqdu flimkien l-arkitettura, il-letteratura u influwenzi kulturalment speċifiċi għas-sit. 

Studjat ix-Xjenzi Kimiċi l-Università tal-Pajjiżi Baski (1976-1978), u wara perjodu qasir Barċellona tipprattika ċ-ċeramika u t-tpinġija, studjat l-Iskultura ċ-Chelsea School of Art ta’ Londra (1980-1982). Bdiet tesebixxi minnufih u qabdet karriera li ssarrfet f’aktar minn 60 wirja solo jew fi grupp fl-Ewropa, l-Amerika ta’ Fuq u l-Ġappun. Ingħatat ukoll borża ta’ studju Fullbright biex tistudja l- Pratt Institute fl-1988. Fl-1995 inħatret Professur tal-Iskultura l- Akademie der Bildenden Künste fi Munich,il-Ġermanja, u fl-1999 rebħet il-Premju għall-Arti Viżiva ta’ Spanja. Fl-2012 rebħet il-Grosse Kunstpreis Berlin, fl-2015 il-Medalja tad-Deheb għall-Mertu fil-Belle Arti, Spanja,  fl-2019 il-Premju Nazzjonali għall-Arti Grafika ta’ Spanja, u fl-2020 f’Londra r-Royal Academy Architecture Prize. 

Il-kummissjonijiet pubbliċi jinkludu: 

L-iskultura The Laurel Leaves-Moskenes fuq il-gżira ta’ Lofoten, in-Norveġja; is-Centre Convencions Internacional ta’ Barċellona; Deep Fountain, Leopold de Waelplaats, Antwerp, 2006; id-dħul-għatba għall-estensjoni tal-Mużew Prado, 2007; l-iskultura taħt l-ilma Estancias Sumergidas fil-Baħar ta’ Cortes fejn Isla Espiritu Santo, fl-istat Messikan ta’  Baja California; Tres Aguas f’Toledo; Desde lo subterráneo, Centro Arte Botin, Santander; Forgotten Streams, Bloomberg, Londra; Inner Landscape (the Lithosphere, The Roots, The Water), Museum of Fine Arts, Houston, 2020; Hondalea (Marine Abyss), il-Gżira ta’  Santa Clara, San Sebástian, Spanja, 2021; Sea Cave (Entrance), MICAS, Malta, 2021; Landscape and Memory, Madison Square Park, New York, 2022; The Wet Labyrinth (With Spontaneous Landscape), Royal Academy of the Arts, Londra, 2020-2022. 

Wirjiet magħżula

CAPC Musée d´Art Contemporain, Bordeaux, 1987; Kunsthalle Bern, Bern, 1991; Stedelijk Van Abbemuseum, Eindhoven, 1994; Konrad Fischer Gallery, Düsseldorf, 1994; Solomon R. Guggenheim Museum, New York u The Renaissance Society, Chicago, 1997; Palacio Velázquez, MNCARS, Madrid, 1998; Guggenheim Museum, Bilbao, 1998; Carré d´Art, Musée d´Art Contemporain, Nîmes, 2000; Donal Young Gallery, Chicago, 2000; Fundaçao Serralves, Porto, 2002; Irish Museum of Modern Art, Dublin and Whitechapel Art Gallery, Londra, 2003; Museum Ludwig, Cologne, 2006; Pinacoteca del Estado de São Paulo, il-Brażil, 2008, Fondazione Arnaldo Pomodoro, Milan, 2009; Marian Goodman Gallery, New York, 2011; Galerie Marian Goodman, Paris 2011; Museo Nacional Arte Reina Sofía, Madrid, 2013; Casa França, Rio de Janeiro, il-Brażil, 2013 u Tres Aguas, Toledo, 2014; Marian Goodman London 2015; Musée Grenoble 2016; Konrad Fisher Gallery, Berlin 2017; Marian Goodman Gallery NY, 2018; Centro Arte Botin; Santander 2018; Centre Pompidou × West Bund Museum, Shanghai, 2019; Centro Pompidou Málaga, 2020; Thomas Schütte Foundation, Dusseldorf, 2021; Real Academia de Bellas Artes de San Fernando, Madrid, 2021; Gagosian, Davies Street, London, 2022.

Ritratt ta’ Jose Luis Lopez Zubiria. Ħajr lil Cristina Iglesias.

Share

Skip to content